Minn tal-inqas 14-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren oħra kellhom iħallu djarhom kawża ta’ wieħed mill-agħar għargħar li qed tesperjenza l-Malasja f’numru ta’ snin.
Bosta persuni għadhom irrappurtati nieqsa u n-numru ta’ mwiet mistenni li jiżdied sew.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern tal-Malasja qed jiġi kkritikat b’qawwa talli ma ħax azzjoni f’waqtha.
Ix-xita qawwija ma waqfet xejn fl-aħħar tlett ijiem u laqtet minn tal-inqas tmien stati.
Fil-fatt, madwar 51,000 persuna ġew evakwati minn djarhom.