Erbatax-il persuna ndarbu f’attakk suspettat bomba suwiċida quddiem knisja Kattolika fil-belt Indoneżjana, Makassar.
L-attakk seħħ fi tmiem servizz ta’ Ħadd il-Palm.
Il-Plizija Indoneżjana qalet li l-isplużjoni seħħet hekk kif żewġ persuni ppruvaw jidħlu fil-knisja.
Fil-post fejn seħħ l-attakk instabu mutur u partijiet tal-katavri li huma maħsuba ta’ dawk li wettqu l-attakk.
Fil-passat, militanti Iżlamiċi kemm-il darba attakkaw knejjes, madanakollu s’issa l-ebda grupp għadu ma refa’ r-responsabilità għal dan l-attakk.