Qorti f’Pariġi sabet lil 14-il persuna ħatja li kienu involuti fl-attakki mdemmija fuq l-uffiċini tar-rivista satirika Charlie Hebdo ħames snin ilu.
L-attakki fuq Charlie Hebdo seħħew f’Jannar u kienu segwiti minn attakki oħra mmexxija minn militanti Iżlamiċi, fosthom fuq ħanut tal-merċa.
B’kollox, 17-il persuna mietu fl-attakki ta’ bejn is-7 u d-9 ta’ Jannar, 2015.