Il-pulizija Awstrijaka arrestat 14-il persuna b’rabta mal-attakki li saru fil-qalba ta’ Vjenna nhar it-Tnejn li għadda.
Fil-kapitali Awstrijaka hemm sigurtà stretta hekk kif il-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet għall-aktar persuni li setgħu kienu involuti fl-attakk. Madanakollu, l-awtoritajiet qed jaħsbu li kien persuna waħdu li wettaq l-attakk. Żewġ anzjani, żagħżugħ u persuna li kienet qed isservi l-ikel mejta, u 22 persuna oħra midruba.
Suspettat minnhom, li għandu 20 sena u li kien inħeles mill-ħabs f’Diċembru tas-sena l-oħra, inqatel mill-Pulizija waqt l-attakk stess.
L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku refa r-responsabilità għal dan l-attakk f’filmat.
L-Erbgħa, l-awtoritajiet fl-Iżvizzera kkonfermaw li ż-żewġ żgħażagħ li t-Tlieta ġew arrestati fi Zurich, kienu ħbieb tal-aggressur ewlieni. Ir-rabtiet ta’ bejniethom qed jiġu investigati mill-Pulizija.