14-il perit ġdid ġew ippreżentati l-warrant.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Ian Borg esprima t-twemmin tiegħu li s-suq jeħtieġ l-innovazzjoni u l-perspettivi ġodda, u ħeġġeġ lill-periti li kienu qed jingħataw il-warrant sabiex ifasslu xogħolhom fuq dawn il-kunċetti.
Qal kif jieħu gost jara aktar nisa li jagħżlu din il-professjoni u għalhekk jidħlu fid-dinja tax-xogħol. I
Spjega kif ilum għandna 35% tal-periti li huma nisa li huwa numru tajjeb però se tkompli l-ħidm biex inħeġġu aktar nisa jagħżlu din il-professjoni.
Il-Ministru Borg temm id-diskors tiegħu billi esprima fiduċja fil-periti l-ġodda u tenna li, “Permezz tal-viżjoni u tal-perspettiva tagħhom, li hija waħda friska, se tkun qed iġġedded il-mod tajjeb kif qed jiżviluppa l-pajjiż”.