Meta nitkellmu dwar l-immigrazzjoni forsi ninsew dak li jkunu għaddew minnu l-immigranti matul il-vjaġġ tagħhom lejn post li jagħti tama ġdida lilhom u lil uliedhom.
Il-gwerrer f’pajjiżi bħas-Sirja u l-Iraq wasslu miljuni ta’ nies biex jiġbru dawk il-ftit affarijiet li jkollhom u jitilqu flimkien mat-tfal tagħhom għal vjaġġ li t-tmiem tiegħu ma jkun jafu ħadd.
Dawn ir-refuġjati jaffaċjaw sfidi diffiċli meta jitilqu minn djarhom – fost oħrajn l-eluf ta’ flus li jintalbu mit-traffikanti biex jingħataw post fid-dinghy.