Numru ta’ studenti li f’Mejju li għadda nħatfu minn skola tal-Iżlam fin-Niġerja nħelsu minn irġiel li fuqhom kellhom armi tan-nar. Mal-136 student irritornaw lejn djarhom, iżda jidher li sitta minn dawk maħtufa mietu waqt li kienu qed jinżammu. Jidher ukoll li 15-il student irnexxielhom jaħarbu lura f’Ġunju.
Il-ħtif ta’ gruppi sħaħ ta’ persuni qed isir dejjem aktar komuni fin-Niġerja, bil-ħelsien isir abbażi ta’ ħlas ta’ ammont ta’ flus.