Minkejja li s-sitwazzjoni tidher li kkalmat fit-toroq Franċiżi, għadd ta’ żgħażagħ komplew jkunu nvoluti f’kunflitti mal-Pulizija Franċiża hekk kif dawk arrestati qabżu l-elf u tliet mitt persuna fir-raba’ lejl tar-rewwixti vjolenti.
Fid-dawl ta’ dan il-President Franċi Emmanuel Macron kellu jipposponi żjara statali fil-Ġermanja, wara li l-Ġimgħa kellu jħallis-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brusell kmieni minħabba l-istess raġunijiet.
Ir-rewwixti vjolenti b’karozzi jingħataw in-nar u ħwienet jiġu vvandalizzati biex jittieħed dak li jkun hemm fihom. F’istanza minnhom grupp ta’ persuni daħlu f’ħanut tal-armi tan-nar u ħarġu ‘l barra b’għadd ta’ armi. Fil-fatt, aktar tard raġel ġie arrestat b’senter tal-kaċċa.
Dawn ir-rewwixti vjolenti bdew wara li żagħżugħ mill-Alġerija nqatel minn Pulizija, bil-mottiv għal dawn ir-rewwixti ikun wieħed razzjali.