Elliot Paul Busuttil ġie kkundannat 13-il xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess aggravat ta’ droga.
Busuttil qed jiġi akkużat ukoll bil-qtil ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena li kien instab mejjet fil-bagoll tal-karozza tiegħu f’Ħal Qormi f’April li għadda.
Fil-Qorti nstema’ kif fi Frar tal-2018, Busuttil, flimkien ma’ sitt persuni oħra, kien ġie arrestat wara li f’rejd li għamlu f’residenza f’Buġibba, il-Pulizija sabu l-kannabis u l-kokaina.
Minbarra piena ta’ ħabs, il-Qorti kkundannat lil Busuttil biex iħallas is-somma ta’ €950 fi spejjeż tal-Qorti.