13-il suldat Franċiż nqatlu meta żewġ ħelikopters ħabtu waqt operazzjoni kontra l-ġiħadisti fil-Mali. Dan ikkonfermah il-President Franċiz Emmanuel Macron li ddeskriva l-inċident tat-Tnejn bħala waħda mill-agħar telfiet għall-armata Franċiża. Macron ikkonferma wkoll li bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar il-każ.
Lura fl-2013, Franza bagħtet eluf ta’ truppi l-Mali wara li miltanti Iżlamisti ħakmu l-inħawi tat-tramuntana tal-pajjiż. Dan ma kienx l-uniku pajjiż li fih intbagħtu truppi Franċiżi biex jiġġieldu l-ħakma Iżlamista, fosthom fiċ-Chad u fin-Niġer.
Ritratt: Euronews