Ahmed Omar Aljuweeni ta’ 34 sena weħel 13-il sena ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati tal-attentat ta’ qtil ta’ Libjan ieħor fiċ-ċentru ta’detenzjoni ta’ Ħal Far tliet snin ilu.
Quddiem il-Qorti huwa kien akkużat bl-attentat ta’ qtil wara ġlieda li nqalgħet bejn iż-żewġ Libjani wara li allegatament il-vittma kellu jagħti lill-aggressur.
Għalekk il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sabitu ħati u kkundannatu tlettax-il sena ħabs u multa ta’ €5,000.
F’każ li l-multa ma titħallasx fiż-żmien stipulat hija għandha tinbidel f’piena ta’ ħabs.