13 -il persuna nstabu pożittivi għall-varjant il-ġdid Omicron fl-Olanda.
Huma kienu fost wieħed u sittin passiġġier li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 meta waslu fil-belt kapitali Olandiża, Amsterdam fuq żewġ titjiriet mill-Afrika t’Isfel.
Dan l-aħbar waslet hekk kif l-Olanda reġgħet issikkat iċ-ċintorin u żiedet aktar miżuri restrittivi f’nofs lockdown parzjali.
Dawn il-miżuri jinkludu bidla fil-ħinijiet ta’ ftuħ u għeluq ta’ postijiet kulturali bħal mużewijiet u limitazzjonijiet fuq l-ammont ta’ nies li jistgħu jiltaqgħu flimkien fid-djar.