Minn tal-inqas 13-il persuna mietu filwaqt li 41 persuna ndarbu f’nirien li ħakmu stabbiliment tad-divertiment fit-Tajlandja.
F’filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali juri numru ta’ persuni jippruvaw jaħarbu minn fuq il-post u wħud minnhom saħansitra kellhom ħwejjiġhom maħruqin min-nirien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħaddiema tas-salvataġġ qalu li materjal li kien imwaħħal mal-ħajt seta’ kien il-kaġun tan-nirien.
Katavri, erbgħa minnhom ta’ nisa u disgħa oħra ta’ rġiel, instabu ħdejn l-entratura u ħdejn il-kmamar tal-banju.