13-il nutar irċevew il-warrants tagħhom, f’ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.
B’hekk b’kollox hawn 338 nutar hawn Malta. Il-Ministru nnota li dan l-aħħar aktar qiegħdin jiggradwaw nisa milli rġiel. Awgurlahom ħidma dinjituża u emfasizza l-importanza ta’ ħidma serja u li tirrispetta l-etika.
F’ċerimonja li saret fil-post, il-Ministru ħabbar li ħareġ tender biex ikun irrestawrat is-saqaf tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Biex dan ma jibqax tal-ażbestos.
Ritratt: DOI, Jason Borg