Fl-aħħar sigħat, mija tmienja u għoxrin persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew mija tmienja u tletin każijiet minn fost tlett elef, mitejn tmienja u erbgħin (3,248) test.
Dan ifisser li 95.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 4.2% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru ħames mija, sitta u disgħin elf, mija tmienja u tletin test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 wieħed u għoxrin elf u mija tnejn u sebħgin persuna, li elf erbgħa mija tlieta u sittin minnhom ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjana ta’ tmenin sena sena u anzjan ta’ tmienja u tmenin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.