- 1,276 studenti li għandhom 18-il sena kisbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC
Din is-sena 4,270 student poġġew għall-eżamijiet tas-sessjonijiet tal-MATSEC ta’ Settembru għal total ta’ 65 suġġett. Minn dawn, 2,754 kandidat għamlu minn tal-inqas eżami wieħed tal-Matrikola.
Dan hekk kif dawk li japplikaw għall-eżamijiet tal-Matrikola għandhom opportunità biex jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru sabiex itejbu l-marka li jkunu kisbu fl-ewwel sessjoni.
Meta wieħed janalizza r-riżultati li nkisbu din is-sena, minn 1,873 kandidati li għandhom 18-il sena li rreġistraw biex jagħmlu eżami tal-Matrikola, 1,276, jiġifieri 68%, kisbu ċertifikat tal-MATSEC.
Hekk kif f’Malta kull individwu jingħata ċ-ċans li jagħmel l-eżamijiet kemm f’Mejju/Ġunju u kif ukoll f’sessjoni f’Settembru, dawn huma r-riżultati taż-żewġ sessjonijiet flimkien;
74.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fl-Ingliż
72.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Malti
70% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Fiżika
61.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Matematika.