Nhar it-Tnejn, 125 infermiera ġodda li kisbu l-ħiliet u t-taħriġ meħtieġa, se jibdew il-karriera tagħhom fil-qasam tas-saħħa.
118 minn dawn l-infermiera se jkunu qed jaħdmu f’din il-professjoni għall-ewwel darba hekk kif għadhom kemm temmew l-istudji tagħhom fl-Universita ta’ Malta.
Dan in-numru ta’ infermiera ifisser li matul din is-sena ġew ingaġġati 136 infermier.