Samuel Azzopardi, eks Sindku tar-Rabat Għawdex, instab ħati li saq xurban u kien immultat €2,000 mill-qorti ta’ Għawdex.
Kellu wkoll liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur. Kien f’April li għadda li Azzopardi kien involut f’inċident tat-traffiku u wara naqas milli joqgħod għal breathylser test. Konsegwenza ta’ hekk irriżenja mill-kariga tiegħu.
Il-vittmi tal-inċident għażlu li ma jixhdux u għalhekk ma nstabx ħati li darab ħafif lil żewġ persuni u kkaġuna ħsara volontarja għad-dannu tagħhom.