Ġiet imnedija Ambjent Malta, miżura oħra li se tħares u ttejjeb l-ambjent Malti. Il-Gvern għamel din il-wegħda sena ilu biex l-ambjent ikun imħares b’mod aħjar.
Herman Galea se jkun id-Direttur Ġenerali ta’ Ambjent Malta, li se jkollha ukoll Bord ta’ Governanza li se jkun qed jassisti fil-parti implimentattiva.
Fost oħrajn, Ambjent Malta se tħares il-wirt kapitali ta’ pajjiżna bħal parks u widien, tqajjem iktar kuxjenza dwar l-ambjent fost it-tfal, u jinġiebu iktar Fondi Ewropej. Il-Bord tal-Governanza se jkun imexxi miċ-Chairman Eżekuttiv Conrad Borg Manche.
Il-Ministru għall-ambjent Jose Herrera qal li l-kunċett tal-Bord ta’ Governanza qed joħloq struttura biex jagħti direzzjoni strateġika bi pjan ħolistiku. Qal li Ambjent Malta hija mibnija fuq il-bilanċ u se jkun l-għan taghha li iktar nies japprenzaw l-ambjent, u li dan ikun aċċessibli għall-familji.