Rapporti minn midja Amerikana qed isostnu li operazzjoni mill-Marshals Service tal-Istati Uniti wasslet biex instabu 123 tifel u tifla li qabel kienu rrapurtati neqsin.
Dan f’operazzjoni li seħħet fis-sitta u għoxrin ta’ Settembru, li l-għan tagħha kien li jinstabu tfal irrapurtati nieqsa, b’enfasi fuq is-sejba għal vittmi ta’ traffikar għas-sess.
Waqt din l-operazzjoni, ġew identifikati u salvati 123 tifel u tifla mit-301 irrapurtati neqsin.