Fl-aħħar sigħat, 123 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew mija u każ minn fost 2,399 test.
Dan ifisser li 95.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt filwaqt li 4.2% biss ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 506,059 test.
Intant, ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 88 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru. Hija mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru. Hija mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-13 ta’ Diċembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 95 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fil-ħames każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Diċembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festi nibqgħu nosservaw bir-reqqa l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali.