Il-Gvern Franċiż ħeġġeġ l-ibliet li qed jospitaw il-partiti tal-Euro2016, biex jipprojbixxu l-alkoħol minn fejn qed ikun hemm il-partitarji. Reazzjoni li segwiet l-argumenti li nqalgħu fl-ewwel tlett ijiem tal-logħob.
Wara l-ġlied li nqala’ s-Sibt wara l-partita bejn l-Ingilterra u r-Russja, il-UEFA għaddejja bl-invesitgazzjonijiet, fejn qed thedded liż-żewġ timijiet inkwistjoni li jistgħu jitkeċċew mill-kampjonat jekk il-partitarji tagħhom jaqilgħu aktar inkwiet.
Il-Gvern Ingliż offra li jibgħat uffiċjali tal-Puliżija Ingliżi biex jagħtu l-assistenza tagħhom qabel il-partita tal-Ingilterra kontra Wales li se tintlagħab il-Ħamis.
Il-Ministru tal-Intern Franċiż appella biex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-bejgħ, il-konsum u t-trasportazzjoni tal-alkoħol f’żoni sensittivi jkun projbit. Projbizzjoni li se tinkludi mhux biss iż-żoni pubbliċi, iżda anki l-ħwienet u dawk kollu li jbigħu barra mill-ħwienet tagħhom.