Is-servizz tas-saħħa pubblika kompla jissaħħaħ bl-ingaġġ ta’ mija u tnejn u għoxrin infermiera u erbatax-il qabla.
Mill-infermiera l-ġodda, mija u erbatax huma żgħażagħ li temmew l-istudji tagħhom b’suċċess u għadhom kif iggradwaw.
Waqt żjara lil uħud minn dawn l-infermiera ġodda fl-Isptar Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fakkar li l-iżjed riżors uman importanti għal servizz tas-saħħa eċċellenti huwa dak uman.
Huwa stqarr: “Dawn l-għexieren ta’ professjonisti ġodda ħa jippermettulna li nagħtu aktar servizzi lill-pazjenti tagħna, li nagħmlu iktar operazzjonijiet, li naraw aktar pazjenti fl-iswali u fl-outpatients tagħna biex b’hekk, il-kura tal-Maltin u l-Għawdxin tibqa’ tingħata fuq livell ta’ eċċellenza.”
Il-Ministru tas-Saħħa awgura lil dawn il-professjonisti kull suċċess, f’karriera li teħtieġ vokazzjoni u dedikazzjoni.
Huwa ħeġġiġhom biex ma jiqfux hawn u jkomplu jispeċjalizzaw f’oqsma differenti.