17-il persuna mietu wara li dgħajsa li kienet qed iġorr turisti fuqha, għerqet f’temp ħażin fl-istat Amerikan ta’ Missouri.
Id-dgħajsa kienet qed iġorr mat-tletin persuna, bl-għaddassa għadhom qed ifittxu fl-għadira għal persuni li għadhom irrappurtati nieqsa.
Seba’ persuni ttieħdu l-isptar, bi tnejn minnhom irrappurtati li huma midruba serjament.