Ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li matul fl-elfejn u ħmistax aktar minnn sitta u ħamsin elf persuna neħħew ħajjithom b’idejhom, jiġifieri wettqu suwiċidju.
Iċ-ċifri juru li ftit aktar minn wieħed fil-mija tal-imwiet fl-ewropa saru minn persuni li riedħu jweġġgħu lilhom infushom.
Fortunatament, l-istatistika turi li Malta bi tmien suwiċidji għal kull 100 elf ruħ, kellha fost l-inqas rati ta’ suwiċidji fl-Ewropa. Fil-fatt Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ suwiċidji, segwita mir-Renju Unit, l-Italja, il-Greċja u Ċipru. Minn naħa l-oħra, il-Litwanja bi tletin suwiċidju għal kull mitt elf ruħ, kellha l-ogħla rata segwita mis-Slovenja, il-Latvja, l-Ungerija u l-Belġju u l-kroazja bi 17-il suwiċidju għal kull mitt elf persuna.
F’kummenti lil One News il-psikjatra Dr Anton Grech spjega li s-suwiċidju hija problema li ħafna draba hija kkawżata mid-dipressjoni.
Qal li l-akbar ammont ta’ suwċidji f’Malta jseħħu min-nies ta’ età kbira u hemm diskrepanza bejn ir-rati ta’ nisa u rġiel f’eta żgħira.
L-aktar komuni huwa f’nies ta’ etá kbira. li hemm trend mad-dinja kollha mhux malta biss u għadna ma nistgħux nifmuha hija f’eta żgħira – teenagers u early 20s – l-aktar komuni kien li n-nisa jagħmlu attentati iżjed mill-irġiel. Issa tan-nisa ma żdiedx imma tas-subien qiegħda tiżdied – ma nafux nispjegawa imma waħda mir-raġunijiet jaħsbu li s-soċjetá kif qed tħares lejn il-mara u r-raġel qed tħalli xi influwenza.
Iċ-ċerman kliniku tas-saħħa mentali jkompli jispjega kif minħabba l-użu tad-drogi sintetiċi qed jiġu ttratati kundizzjonijiet li ma kinux jaraw qabel.
Ħabba l-użu tas-synthetic drugs qed naraw kundizzjonijiet li ma konniex naraw qabel. Speċjalment żgħażagħ ikunu taħt l-effett tas-synthetic drugs u jibda jkollhom dak li jissejjaħ bizzarre behaviour ikunu konfużi, ma jafux x’qed jagħmlu. Min jibda jismá l-vuċijiet jew jemmen affarijiet li mhumiex vera u sfortunatament din tistá tagħti b’mod qawwi.
Dr Grech spjega wkoll kif il-qraba u l-ħbieb ta’ dawn il-persuni m’għandux ikollhom rimors għax persuna b’dipressjoni kapaċi tilbes maskra li warajha taħbi dak li tkun għaddejja minnu.
Sfortunatament, hemm dik li jgħidulha masked depression. xi ħadd ikun għaddej minn depression severa u ħadd ma jinduna. kellna atturi kbar li daħqu lid-dinja u ħadd ma nduna li għaddejjien minn depression. żgur li min kellu xi ħadd qriebu li għadda minn depression jew għamel suwiċidju u ma ndunax żgur li m’għandux iħossu guilty, m’huwiex il-każ.
Dr Grech temm b’appell imqanqal biex l-istigma li għadha teżisti fil-konfront ta’ persuni b’kundizzjonijiet mentali tispiċċa għalkollox, għax fi kliemu fil-maġġoranza tal-każijiet li kieku dik il-persuna tkun fittxet l-għajnuna llum tkun għadha fostna.