Il-vjolenza mdemmija fi Tripli fil-Libja kompliet tħalli iżjed persuni mejta hekk kif in-numru issa tela’ għal 121 persuna. Fost il-mejta hemm 28 li huma tfal. Dan minbarra li aktar minn 500 persuna ndarbu fi ġlied bejn żewġ fazzjonijiet militari waħda leali lejn il-Gvern rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda u oħra leali lejn Khalifa Haftar, persuna rispettata ferm fl-armata Libjana.
Hu mifhum li mas-16,000 persuna ċċaqalqu minn djarhom riżultat ta’ dan il-ġlied li ħalla ħerba fil-Libja hekk kif l-instabilità f’dan il-pajjiż kompliet tippersisti.
Numru t’ambulanzi wkoll kienu fil-mira tal-attakki hekk kif l-attakki bil-missili ma waqfux.