Matul il-jum tat-Tnejn, 121 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed wara li kienu fi gruppi ta’ 4 persuni jew aktar.
Dawn il-persuni nqabdu waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija madwar il-pajjiż sabiex tassigura li ħadd ma jkun f’ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Dan tal-illum huwa l-akbar ammont ta’ nies li nqabdu f’ġurnata, minkejja l-appelli kontinwi li qed jagħmlu l-awtoritajiet tas-saħħa.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina mandatorja fil-5,430 spezjoni li saru matul il-ġurnata tat-Tnejn.