Huma 1,202 studenti Għawdxin li qed jattendu skola f’Malta. Fost l-iskejjel li qed jattendu hemm l-Università ta’ Malta, Junior College, l-MCAST u kif ukoll skejjel primarji fost oħrajn.Tgħarif li ħareġ wara mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol, Evarist Bartolo, ġie nnotat kif huma 910 student li jattendi għal kors fl-Università ta’ Malta fejn apparti minn hekk hemm 11-il student ieħor li jsegwu l-lezzjonijiet minn Għawdex permezz ta’ video-conferencing.
L-istess tgħarif juri kif tliet studenti qed jattendu l-kulleġġ Junior College, 266 student jattendu għal kors f’istitut tal-MCAST, sitta jattendu l-Higher Secondary, tnejn għall-Iskola tal-Arti, sebgħa fl-Iskola tal-Mużika, studenta waħda tattendi l-Malta Visual and Performing Arts School fil-Ħamrun u studenta oħra tattendi għall-alternative Learning Programme f’Raħal Ġdid.
Apparti minn hekk hemm tliet studenti li jattendu l-iskola St. Augustine, student f’St Francis f’Birkirkara, student f’St Francis f’Tas-Sliema u student ieħor f’St Michaek f’Pembroke.