Fl-aħħar tliet xhur, 12,000 persuna rreġistraw mas-sit elettroniku ta’ Jobs+.
Numru sostanzjali ta’ dawn in-nies diġa’ għandhom impjieg, iżda qed ifittxu impjieg alternattiv. Barra minn hekk hemm 2,300 rreġistrata mas-sit li qiegħeda toffri mal 35 post tax-xogħol kuljum.
Dawn in-numri nkoraġġanti wasslu biex JOBS+ flimkien mal-Awtorità Maltija għall Komunikazzjoni niedew lezzjonijiet li se jibdew fil-gimgħat li ġejjin, biex jispjegaw il-proċess pass pass ta’ kif wiehed għandu jirregistra fis-sit. Dan kollu kien spjegat waqt konferenza tal-aħbarijiet.
L-aħbar qiegħda toħroġ ġimgħa wara li Jobs+ ħabbret bidla fis-sistema ta’ reġistrar wara 26 sena. Biex wieħed japplika jista’ jċempel fuq in-numru 21654940 fejn jiġi mgħejjun jimla’ l-applikazzjoni minn fuq it-telefon. Jista’ wkoll japplika minn fuq is-sit elettroniku ta’ Jobs+.