Għal din is-sena skolastika, 23 skola u tliet mużewijiet ibbenefikaw minn proġett imħejji mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant.
Dan hekk kif wara ħidma ta’ diversi xhur, 1,200 student minn skejjel governattivi, tal-knisja u anke privati, ngħataw stationery sostenibbli.
L-għan ta’ dan il-proġett hu biex jinħoloq aktar għarfien dwar l-użu sostenibbli ta’ oġġetti li ngħamlu użu tagħhom ta’ kuljum.
Dan il-proġett mistenni jitfa’ aktar dawl dwar l-użu ta’ prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u kif wieħed għandu jagħmel għażliet aħjar konxjament.