Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien hemm elf u mitejn rapport inqas ta’ serq lill-Pulizija, meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena l-oħra.
Bejn Jannar u Awwissu tas-sena l-oħra saru erbat elef tliet mija erbgħa u erbgħin rapport, iżda fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena saru tlett elef mija tmienja u għoxrin rapport.
F’aktar ħidma tal-Pulizija Maltija, ġew arrestati u tressqu l-Qorti l-akkużati kollha fit-sitt dellitti li ġraw din is-sena.
Fix-xahar t’Awwissu naqsu b’sittax fil-mija r-reati meta mqabbla mal-elfejn u dsatax u bi ħmistax fil-mija meta mqabbla mal-ewwel tmien xhur tas-sena.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li huwa sodisfatt bix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija b’mod partikolari bir-riżultati li nkisbu fl-ewwel tmien xhur tas-sena.
Huwa sostna: “Bħala Gvern se jibqgħu jsibuna hemmhekk biex ninvestu fil-korp, mhux biss investiment materjali iżda wkoll investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema tal-korp tal-Pulizija sabiex ikollna uffiċjali aħjar u anke nkunu nistgħu nagħtu riżultati aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin.”