Pajjiżna qed jospita il-ħdax-il edizzjoni tal-International Youth Fair.
Din qed tkun organizzata f’pajjiżna minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ EUPA permezz ta’ fondi ta’ Erasmus+. Din l-attività bit-titlu #readyfortheroad qed tlaqqa’ flimkien 120 youth worker minn 36 pajjiż fl-Ewropa u l-Mediterran.
L-attività għandha l-għan li tikreja għodod għas-solidarjetà u l-inklużjoni sabiex il-youth workers jkollhom għodod innovattivi sabiex jużawhom maż-żgħażagħ. Tool Fair XI – #Readyfortheroad għandha tipprovdi ambjent stimulanti u proattiv li fih il-parteċipanti jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jinteraġixxu u jiddiskutu, u jaqsmu għodod u l-prattiki tax-xogħol.
Din hija attività li qed issir fil-Commonwealth Youth Work Week. Minbarra din l-International Tool Fair qed isiru bosta attivitajiet oħra sabiex Malta wkoll tingħaqad mal-pajjiżi l-oħra fi ħdan il-Commonwealth u tiċċelebra din il-ġimgħa. Fost l-oħrajn qed isir supervision course, ilbieraħ kien iffirmat memorandum of understandingsabiex l-istudenti li qed jieħdu l-kors tal-youth work ikunu jistgħu jkollhom prattika. Intant għada l-Youth Village ta’ santa Venera jospita Festa San Martin fejn l-organizzazzjonijiet non-governattivi ser ikunu qed jtellgħu stands bix-xogħlijiet tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt iż-żjara tiegħu fl-International Tool Fair qal li din hija attività oħra bi preparazzjoni għal ftit xhur oħra meta Malta tospita l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt Malta ser tkun qed tospita diversi konferenzi relatati mas-settur taż-żgħażagħ, fosthom il-European Youth Sports Forum u l-European Youth Conference.
https://www.youtube.com/watch?v=ZWADDIYc1sU