Mit-traffiku kontinwu, it-triq prinċipali tal-Ħamrun ħadet xejra oħra ghan-nofstanhar tal-Ħadd filgħodu.
Xejra li wkoll kienet tinkludi l-vetturi hekk kif mija u għoxrin vettura imlew Triq il-Kbira l-Ħamrun.
Dan wara li zgħazagħ mill-Kummissjoni Tamlin organizzaw it-tielet edizzjoni tal-Ħamrun motor show b’risq Puttinu Cares.
Id-dilettanti tal-karozzi kellhom varjeta ta’ vetturi x’jaraw minn trakkijiet għal vetturi sportivi u klassiċi.
Fosthom kien hemm għoxrin karozza meqjusa bħala Classic Ford.
Gilbert Grixti spjegalna aktar dwar dawn il-karozzi u kif flimkien ma sħabu jieħdu ħsiebhom.
Maż-żgħażagħ tamlin u dilettanti tal-karozzi ingħaqqad Gabriel Monreal li huwa pazjent u jibbenefika minn Puttinu Cares.
Tul l-attivita, spikka s-sodisfazzjon fuq fomm iż-żgħażagħ tamlin li wara tant ħidma, irnexxilhom ittellgħu attivita suċċess u jgħinu lil puttinu cares.