Minn tal-inqas 12-il persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’dak li qed ikun suspettat bħala att vandalu fil-Ġappun fi studjo fejn jinħadmu films animati.
L-awtoritajiet qalu li l-aggressur daħal fl-istudjo Kyoto Animation Co u xerred likwidu madwar il-post, fejn imbagħad ta n-nar lill-binja ta’ 3 sulari.
Fuq il-post instabu wkoll numru ta’ skieken. Is-suspettat jinsab l-isptar minħabba xi ġrieħi li ġarrab u aktar tard se jiġi interrogat mill-Pulizija Ġappuniża.
Ritratt: Reuters