Minn tal-inqas 12 -il persuna tilfu ħajjithom u 4 persuni oħra jinsabu f’qagħda kritika wara nirien f’binja li tinsab fiż-żona magħrufa bħala The Bronx fi New York.
Investigaturi fuq il-każ jemmnu li tifel qabbad in-nar wara li qagħad jilgħab mal-forn iżda dan għad irid jiġi konfermat.
Fost il-vittmi hemm tarbija ta’ sena.
Is-Sindku ta’ New York Bill de Blasio spjega li dan kien l-agħar nirien li ħakem ġol-belt Amerikana fl-aħħar 25 sena.
Aktar minn 160 pumpier issieltu b’qilla biex jitfu n-nirien.
Hu mifhum li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar salvaw ukoll mat-12 -il persuna oħra.
Fil-binja hemm aktar minn 20 appartament filwaqt li skola viċin fejn kien hemm in-nirien qed tintuża bħala xelter għal dawk evakwati.