Tnax-il uffiċjal stazzjonati fit-taqsima forensika tal-Korp tal-Pulizija ingħataw taħriġ f’diversi oqsma tal-forensika mill-Istitut tal-Forensika tal-Olanda.
It-taħriġ li dam għaddej għal dawn l-aħħar ħmistax iffoka fuq diversi oqsma ewlenin fosthom dak imsejjaħ ‘Blood Pattern Analysis’ u anke oqsma oħra relatati max-xena tar-reat. Filfatt taħriġ simili ngħata lil grupp ieħor ta’ Pulizija s-sena li għaddiet fejn matul l-aħħar sentejn ser ikunu 40 uffiċjal li ngħataw dan it-taħriġ.
Fid-diskors tiegħu l-Ispettur Charlot Casha li hu responsabbli mit-taqsima forensika fi ħdan il-korp tal-Pulizija, sostna li llum il-ġurnata kull investigazzjoni kriminali tibaża ruħha fuq ix-xjenza u għalhekk it-taqsima forensika dejjem tilgħab irwol importanti tul l investigazzjonijiet u anke wara fil-qrati.
Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li għandu fir-responsabilita tiegħu l-laboratorji ta’ pajjiżna qal kif permezz ta’ dan it-taħriġ issa t-taqsima Maltija hija ferm iżjed attrezzata.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li mingħajr il-forensika dan għal fatt li l-kriminali qed isiru iżjed professjonali u sofistikati.