Minn tal-inqas 12-il uffiċjal militari Indjan inqatlu f’attakk militanti li seħħ fuq konvoj ta’ karozzi f’Kashmir fl-Indja.
Jidher li tqiegħed splussiv biswit il-karozzi li ġie attivat minn żona remota.
In-numru ta’ fatalitajiet mistenni jiżdied hekk kif fl-isplużjoni ndarbu mal-40 suldat ieħor – uħud minnhom serjament.
Il-grupp Iżlamist fil-Pakistan Jaish-e-Mohammed refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk – li huwa l-aktar wieħed imdemmi fuq il-forzi tas-sigurtà fir-reġjun mill-attakk f’kamp tal-armata fl-2016.