Qed jiġi rraportat li s’issa 12-il persuna huma kkonfermati li tilfu ħajjithom fi gżira turistika popolari fin-Nofsinhar tal-Filippini.
Il-fatalitajiet ġew ikkawżati minn maltempata tropikali li laqtet il-gżira, b’riħ qawwa ta’ 195 kilometru fis-siegħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bosta kellhom isibu refuġju barra minn darhom hekk kif ix-xita għerqet ħafna mid-djar.
In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li madwar 13-il miljun persuna jistgħu jiġu affetwati minn dan il-maltemp.