Il-Guardia di Finanza arrestat u rrappurtat 12-il kaċċatur Malti fil-port ta’ Pozzallo. Huma ġew arrestati hekk kif kienu se jirkbu l-katamaran lejn Malta.
Uħud mill-arrestati kellhom fil-pussess tagħhom speċi ta’ kaċċa protetti, speċjalment għasafar, oħrajn kellhom arma tan-nar, oħrajn għadhom fil-pussess ta’ tagħmir pprojbit għall-kaċċa, bħal pointers tal-lejżer, sejħiet elettro-akustiċi u dwal tal-lejl.
Il-Pulizija Taljan magħrufa bħala l-Fiamme Gialle kkonfiskat 12-il senter tal-kaċċa, munizzjon u diversi tużżani.
It-titlu kif deher fuq is-sit www.livesicilia.it