12-il persuna ħadu l-ġurament sabiex iservu bħala ġurati, fil-ġuri kriminali li se jkun qed jgħaddi l-eks President Amerikan, Donald Trump, fil-belt ta’ New York.
Sebgħa rġiel u ħames nisa, intgħażlu bħala ġurati, filwaqt li żewġ ġurati oħra ġew skużati.
Minkejja li ħafna ħasbu li dan il-ġuri se jieħu fit-tul sabiex jibda, il-Qorti jaf tibda tisma’ dan il-ġuri minn nhar it-Tnejn.
Trump, qed jgħaddi ġuri b’rabta ma’ flus li ħallas lil porn star, li qalet li kellha relazzjoni miegħu.
Minkejja li dan il-ħlas ma kienx illegali, Trump ġie mixli b’34 akkuża li ffalsifika xi dokumenti.
Huwa qed iwieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Dan huwa l-ewwel ġuri tax-xorta tiegħu, fejn eks President Amerikan li wkoll qed jikkontesta għall-elezzjoni presidenzjali, qed jiġi mixli.