Il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel m’għolewx u baqgħu stabbli f’rati ferm irħas minn kemm kienu fi żminijiet gvernijiet nazzjonalisti.
Dan kien ikkonfermat waqt żjara li One News għamel f’pompi tal-fjuwil mifruxa madwar il-gżejjer Malta.
Fil-fatt il-prezz tad-diesel f’dawn il-pompli kien ta’ €1.18ċ.
Kien il-Vici kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius li l-Gimgha filghaxija hareg stqarrija biex jakkattaka lill-Gvern dwar li l-prezz tad-diesel advance.
B’reazzjoni, il-Ministeru ghall-Energija qal li l-Vici kap nazzjonalista u kelliem ghall-energija tal-PN jew huwa inkompetenti, jew agħar minn hekk qed ibiddel il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni u jrid lill-Gvern jindaħal fis-suq liberalizzat tal-fuels.
Fil-fatt l-prodott li rrefera għalih ta’ Diesel Advance jinbiegħ minn kumpanija privata.
Skont il-“Weekly Oil Bulletin” li tohrog il-kummissjoni ewropea, il-prezz internazzjonali juri li l-prezz medju tad-diesel huwa ta’ Eur1.363 kull litru waqt li dak tal-petrol hu ta’ Eur1.467 kull litru.
Il-Gvern qal li l-prezzijiet stabbiliti mill-Enemed ilhom stabbli għal aktar minn ħmistax-il xahar, fejn bl-għaqal tal-kumpanija, għamlet kuntratti fit-tul li qed jagħtu l-frott.
Qal li għalkemm bil-hedging mhux dejjem jirnexxielek iżomm il-prezzijiet taħt il-prezz tas-suq, il-Gvern sostna li se jibqa jaħdem biex kif wiegħed, iżomm stabbiltà fil-prezzijiet tal-fuels.
Min-naħa tiegħu, l-Partit Laburista ukoll irreaġixxa u qal li l-prodott li rrefera għalih Agius biex jattakka lill-gvern, huwa prodott li tpoġġa fis-suq minn kumpanija privata għax fis-suq hawn il-kompetizzjoni.
Qal li l-gvern m’għandu ebda sehem u wisq inqas saħħa fuq il-prezz.
L-istqarrija qalet li biex ikun partiġjan, il-Partit Nazzjonalista lest jitfa’ dubji dwar kif jaħdem ukoll suq ħieles u għalhekk tassew li l-pajjiż ikun qed jirriskja, li kieku l-Partit Nazzjonalista kellu jkun fdat bit-tmexxija tal-ekonomija.