Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini lest li jagħlaq il-portijiet Taljani biex ma jidħlux dgħajjes tal-immigranti f’pajjiżu, speċjalment jekk Stati Membri Ewropej oħra mhux se jinvolvu ruħhom fil-kriżi tal-immigranti li għadha qed taħkem il-kontinent.
Rapporti fil-midja Taljana qed ibassru bħalissa stess bastiment tal-gwardja tal-kosta Taljana b’ 936 immigrant u żewġ katavri abbord jinsab fi triqtu lejn Katanja u mistenni jasal tard it-Tlieta filgħaxija. Dawn kollha ssalvaw minn seba’ operazzjonijiet differenti.
Salvini qal ukoll li f’każi ta’ bastimenti ta’ NGOs li jġorru bnadar barranin, l-Italja mhux se tkun qed tippermetti aċċess għall-portijiet.