Fl-2015 kienu 1,159 dawk li għażlu li jitfgħu projbizzjoni fuqhom infushom milli jidħlu fi stabbilimenti tal-logħob. Miżura maħsuba għall-ħarsien tal-lagħba. Dan jirriżultat minn rapport annwali tal-Malta Gaming Authority u jfisser ukoll żieda fuq l-1,017 li kien hemm is-sena ta’ qabel. Minn dawn, 604 għażlu projbizzjoni ta’ sitt xhur, 552 għażlu projbizzjoni ta’ sena u tlieta għażlu projbizzjoni inde nita, li tfisser li qatt ma jerġgħu jidħlu lura f’post tal- logħob.
Skont l-istess rapport jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 17% fiż- żjarat l-ħwienet tal-logħob madwar il-pajjiż.
Fl-2015 kien hemm 280,928 żjara meta – 2014 kien hemm 240,968 żjara. Din id-differenza tirriżulta anke jekk żdiedu b’erbgħa biss il-ħwienet tal-logħob. Impressjonanti ż-żieda tal-użu tagħhom f’Għawdex, fejn din kienet ta’ 68%. Żieda qawwija oħra kienet fin-Nofsinhar ta’ Malta, b’40%.
Filwaqt li s-settur tal-logħob iħalli miljuni fl-ekonomija Maltija, il-Gvern preżenti ħoloq il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli, li hija maħsuba biex tipprovdi appoġġ u għajnuna għal dawk li jkunu waqgħu l-vizzju tal-logħob. Din il-fondazzjoni tinkorpora programm ta’ responsabbiltà soċjali, fejn parti mill-fondi li l-Gvern idaħħal minn dan is-settur jintużaw biex jiġu inċentivati negozji oħra li jippreżentaw alternattiva għal-logħob.