Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, bdiet bl-impenji uffiċjali tagħhha fil-Montenegro. Coleiro Preca ntlaqgħet minn Filip Vujanovic fil-palazz il-blu fil-belt Cetinje. Wara saret laqgħa bejn iż-żewġ naħat, bil-President ta’ Malta hija akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella u l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera.