Raġel idaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Immakulata f’Bormla. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li għal xi raġuni ftit qabel il-ħdax tat-Tlieta filgħodu seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW 318 misjuqa minn raġel ta’ tletin sena mill-Fgura u Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 56 sena li joqgħod il-Birgu.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier tan-Nissan l-isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla.