Il-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Owen Bonnici, iltaqa’ ma’ eksmembri parlamentari u magħhom iddiskuta kif filwaqt li l-Partit Laburista jrid jieħu t-tagħlimiet tal-imgħoddi, jrid jgħix illum b’viżjoni għall-ġejjieni. Kienet ukoll laqgħa fejn enfasizza l-ġustizzja soċjali u l-ħtieġa li min sofra xi inġustizzja jingħata kenn.