L-Ajruport ta’ Innsbruck fl-Awstrija rrifjuta mija u għaxar turist Brittaniku għaliex ma segwewx ir-regolamenti aġġornati dwar restrizzjonijiet marbuta mal-imxija.
Il-Pulizija qalu li hija probabbilità li r-regola ġdida li teħtieġ test negattiv tal-Covid-19 fi żmien tmienja u erbgħin siegħa qabel jivvjaġġaw żgiċċat lil dawn it-turisti.
L-Oppożizzjoni Awstrijakka waħħlet fil-Ministru għas-Saħħa talli naqsu milli jaġġornaw ir-restrizzjonijiet fuq is-sit uffiċjali.
Il-maġġoranza tat-turisti taru lura d-dar immedjatament u mingħajr xkiel iżda erbgħin turist kellhom iqattgħu lejl f’lukanda.
Minn dawk l-erbgħin, tnax -il turist għamlu test tal-Covid-19 u komplew bil-vaganza tagħhom.
Fuq il-midja soċjali, dawn it-turisti qalu li ntlaqgħu minn kaos sħiħ hekk kif l-ajruport kienet qed timplimenta regoli ġodda li daħlu fis-seħħ f’Jum il-Milied għal dawk li qed jivvjaġġaw mir-Renju Unit, l-Olanda, id-Danimarka u n-Norveġja.