Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u diversi oħra għebu wara għargħar li ħakem in-Nofsinhar tal-Italja.
Huma kienu miexjin f’wied magħruf bħala Raganello Gorge fir-reġjun ta’ Calabria meta l-inħawi nħakmu minn xita qalila. Sa issa 18-il persuan ġew salvati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili Taljana, fosthom tifel ta’ 10 snin. Sitt persuni oħra ttieħdu l-Isptar għall-kura.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja qalu li l-wied imtela’ b’madwar kilometru għoli ilma fi żmien qasir kawża tal-għargħar.
Il-ħidma ta’ salvataġġ għadha għaddejja.