Minn tal-inqas ħdax-il persuna sfaw maqtula fi splużjoni. Fil-mira ta’ dan l-attakk kien hemm xarabank tal-Pulizija.
Minn diversi rapporti jidher li l-isplużjoni kienet riżultat ta’ bomba tal-ħin u ħadet waqt li x-xarabank kienet għaddejja mid-distrett ta’ Vezneciler f’ħin tal-ġurnata fejn ikun hemm ċorma nies.
S’issa, l-ebda grupp ma refa’ r-responsabilità għal dan l-attakk.