11-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija u l-Environmental Health Officers.
Dan biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-367 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet saru aktar minn 25,000 spezzjoni mill-awtoritajiet fuq il-kwarantina obbligatorja.
L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.